Stqarrija mil-MFPA rigward il-kas tan-Norvegja
Stqarrija mil-MFPA rigward il-kas tan-Norvegja
Stqarrija mil-MFPA rigward il-kas tan-Norvegja
Stqarrija mil-MFPA rigward il-kas tan-Norvegja
26th August 2012
Wara li thabbret id-decizjoni tal-UEFA fuq l-allegat kaz ta' korruzzjoni fil-loghba Norvegja kontra Malta, kif ukoll kemm l-MFA u l-player Kevin Sammut flimkien mat-team legali tieghu, kellhom l-opportunita jitkellmu mal-media lokali, l-MFPA tixtieq tesprimi l-pozizzjoni tal-assocazzjoni wara li wkoll tkellmet maz-zewg plejers l ohra implikati.
1. L-MFPA tixtieq l ewwel nett tikkonferma li hija kontra kull tip ta' korruzzjoni jew 'match fixing', bla ebda riservi, kemm jekk gejja minn naha tal-players jew dirigenti u specjalment terzi persuni li huma barra mill-loghba, li jfittxu biss il-gwadann personali u hafna drabi juzaw kwalunkwe mezz a dispozizjoni taghhom biex jakkwistaw huma b'detriment tal-loghba tal-futbol.
2. Kull player, individwu jew delegat li jigi akkuzat ghandu jkollu d-dritt jiddefendi ruhu quddiem tribunal indipendenti u imparzjali.
F' dan il-kaz jidher li hemm dubju dwar il-procedura segwita mill-awtoritajiet li gudikaw il-kaz u dan jikkreja dubju dwar il-legittimita tad-decizjoni. Inoltre m'ghandux ikun il-kaz li plejer ma jistax jiddefendi ruhu f'kaz ta akkuzi serji bhal dawn ghaliex huwa m'ghandux il-mezzi finanzjarji u ma jistax jhallas l-ispejjez involuti.
L-MFPA tispera li dan id-dubju jigi ccarat fi stadju t'appell ulterjuri. Madanakollu tinsisti li tul il-proceduri ghandhom jigu rispettati il-principji tal-gustizja naturali u drittijiet basici tal-plejers.
3. L-MFPA temmen li f'kaz ta' individwu, kemm jekk player jew dirigent li jinstab hati ghandhom jinghataw pieni importanti biex iservu ta deterrent, inkluz sospenjoni mill-football u l-irtirar ta' kull unur mirbuh lokalment kemm individwali u kif ukoll mat-team.
L-assoccjazzjoni tikkonferma li lesta tikkopera ma kull entita fil-football lokali u internazzjonali biex tingheleb din il-problema.
Finalment L-MFPA tigbed l-attenzjoni li kazi simili ghandom jigu ttrattati b'sensibilita u serjeta, minghajr spekulazzjoni ta' ismijiet, sabiex jigi evitat li persuni innocenti jigu gudikati mill-pubbliku qabel ma effetivament jigu ggudikati mit-tribunali sportivi.